Riħ xott Dry cold

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal RIĦ XOTT għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir l-ewwel parti tas-sinjal għal RIĦ. Id waħda tieħu l-forma ta’ L mgħawġa. Is-swaba’ tal-L jersqu qrib xulxin u jinżlu quddiem il-gerżuma waqt li x-xufftejn jitkemmxu u r-ras tmil ’il quddiem waqt li l-għajnejn jitbexxqu. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal XOTT. Iż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ B milwija, fin-nofs ħdejn xulxin bil-pala tħares ’il ġewwa. Is-saba’ l-kbir joħroġ ’il barra waqt li s-swaba’ l-oħra jingħalqu waqt li l-id iddur biex tiġi bil-pala tħares ’il fuq.

The sign for DRY COLD has two parts. (i) First the first part of the sign for COLD is made. One hand takes the shape of bent L. The L fingers move close together and move down in front of the throat whilst the lips crease as the head bends forward and the eyes are half shut. (ii) Then the sign for DRY is made with both hands in the shape of bent B at the middle near each other with the palms facing inwards. The thumb extends outwards whilst the other fingers bend closed and the hand turns so that the palm faces upwards.